Bombi taż-Żerriegħa fil-Gżira!

Bee-Happy-Gzira

F’pajjiż fejn it-tħassib ambjentali dejjem jikber, huwa ta’ kuraġġ li naraw lil komunità tingħaqad flimkien biex tagħmel id-differenza. Is-Sibt li għadda kienet ġurnata bħal din, hekk kif sforz kollettiv ġabarna flimkien fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, il-Gżira, biex noħolqu 1000 bomba taż-żerriegħa. Kull waħda minn dawn ġġorr it-tama ta’ futur aktar ekoloġiku u sostenibbli.

Seed Bomb

Għal dawk li mhumiex familjari magħhom, il-bombi taż-żerriegħa huma żrieragħ ippakkjati f’ballun żgħir ta’ tafal u ħamrija. Dawn partikolari kien fihom żrieragħ ta’ diversi fjuri idiġeni tal-Mediterran, magħżula speċifikament biex jattiraw u jsostnu pollinaturi bħal naħal, friefet u insetti oħra. L-idea hija sempliċi iżda bi ħsieb: billi nqassmu dawn il-bombi taż-żerriegħa fil-komunità tagħna, nimmiraw li nsaħħu l-popolazzjonijiet tad-dakkara u nqajmu kuxjenza dwar in-numri tagħhom li qed jonqsu.

Imma dak li verament għamlilna kuraġġ, kienet il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ dedikati tagħna. L-impenn tagħhom lejn l-ambjent huwa verament ta’ ispirazzjoni u l-ispirtu tagħhom huwa konferma li l-eta’ m’hijiex ta’ xkiel biex wieħed jagħmel impatt pożittiv. Il-proattivita tagħhom lejn it-titjib fl-ambjent ta’ madwarna sservi ta’ eżempju ċar ta’ x’inhu possibli meta l-imħuħ taż-żgħażagħ jiġu sfruttati għall-kawżi ġusti.

Seed Bomb Making

Kif konna qed inqassmu dawn il-bombi taż-żerriegħa lill-membri tal-komunità preżenti, konna nafu li kull waħda mhux biss kellha l-potenzjal li tiffjorixxi f’qawsalla ta fjuri indiġeni, iżda kellha wkoll il-wegħda ta’ futur aħjar u aktar sostenibbli. Il-missjoni tagħna tmur ferm lil hinn minn dawn l-elf bomba taż-żerriegħa: li nrawmu ambjet isbaħ u u ekoloġiku għal kulħadd.

Attività oħra li kellna matul dan l-avveniment kienet rokna tal-artiġjanat immirata għat tfal – fejn l-idejn ċkejkna tagħhom ipprattikaw u tgħallmu kif jagħmlu friefet u fjuri tal-origami, b’kontinwazzjoni mat-tema tad-dakkara.

Origami Butterfly

Il-kumpanija Golden Island kienet wisq ġentili li tipprovdi diversi għasel minn tagħhom (rebbieħ ta’ premijiet internazzjonali) sabiex il-viżitaturi setgħu jitgħallmu dwar tipi ta’ għasel differenti, li jinġabar fi staġuni differenti, u iduquhom ukoll! Permezz ta’ dan l-eżerċizzju, il-viżitaturi tgħallmu l-importanza li jkollna ħabitats b’saħħithom u abbundanti għall-ħbieb tagħna d-dakkara matul is-sena kollha.

Honey Tasting

Din l-esperjenza li nibqgħu niftakkruha, urietna li meta komunità tingħaqad bi skop ewlieni, issir id-differenza. Hija xhieda tas-saħħa tal-individwi li jingħaqdu għal kawża komuni, f’dan il-każ, bi tħaris tal-ambjent għal ġid tad-dakkara bħala l-prijorità kondiviża tagħna.

Grazzi u awguri lill-komunità tagħna, lill-membri żgħażagħ passjonati tagħna, u lill-elf bomba taż-żerriegħa li se jxerrdu l-maġija tagħhom mal-pajsaġġ tagħna. Mhux biss qed niżergħu żrieragħ; iżda flimkien qed nikkultivaw futur fejn in-natura u l-umanità jirnexxu flimkien u jsostnu lil xulxin.

Pollinator Habitat

Other Bee-Happy events:

Bee Happy Athens
Bee Happy Italy