Kif beda l-proġett
Fi Projekta, aħna nippromwovu l-litteriżmu billi naqsmu u niddiskutu kotba fost il-membri tagħna. Wieħed mill-kotba kaptivanti li qsamna bejnietna huwa “The Bee Maker” ta’ Mobi Warren. Ambjentat fil-Greċja fis-sena 2036, il-ktieb jirrakkonta l-istorja ta’ Melissa, tfajla ta’ 13-il sena li qed tiġġieled il-kriżi tal-estinzjoni tan-naħal ikkawżata mit-tibdil fil-klima.
Konnessjoni mal-Ktieb
Iddiskutejna l-ktieb bħala grupp, u rrikonoxxejna l-kwistjonijiet ambjentali lokali li kien juri u l-impatt tagħhom fuq il-pollinaturi. L-istorja rreżonat maż-żgħażagħ tagħna, u spirathom biex jieħdu azzjoni. Għalhekk, twieldet l-idea għall-proġett tal-Erasmus+ Bee-Aware.
Inqajmu Kuxjenza u Nagħmlu Differenza
Permezz ta’ brainstorming, fassalna attivitajiet interattivi biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-pollinaturi u biex ntejbu l-ambjent lokali. Ħriġna b’ideat għal workshops edukattivi u prattiċi u kif nipprovdu ħabitats aħjar (pjanti tal-fjuri) għal pollinaturi. Dan l-eżerċizzju jiffamiljarizza wkoll liż-żgħażagħ tagħna mal-Erasmus u l-opportunitajiet li joffri.
L-għoti tas-Setgħa liż-Żgħażagħ
Billi nagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ tagħna, inħeġġuhom jieħdu ownership u responsabbilta’ għat-titjib tal-komunitajiet u l-ambjent tagħhom. Inrawmu diskussjonijiet miftuħa, li jippermettulhom jesprimu opinjonijiet u jtejbu l-ħiliet ta’ komunikazzjoni. Flimkien, nindirizzaw suġġetti kruċjali bħall-ambjent u t-tibdil fil-klima.
Azzjoni minn Età Żgħira
Iż-żgħażagħ tagħna jipparteċipaw b’mod attiv f’diversi inizjattivi, inkluż tindif ta’ postijiet pubbliċi / fin-natura, donazzjonijiet ta’ ħwejjeġ u kotba, riċiklaġġ, u l-promozzjoni tal-użu mill-ġdid ta’ oġġetti użati. Bil-proġett Bee-Aware, qed nimmiraw li nuruhom li leħinhom jgħodd u jistgħu jagħmlu differenza, anke minn età żgħira.
L-Importanza tan-Natura u l-Ambjent
Waqt il-lockdowns tal-Covid, in-nies irrealizzaw is-sinifikat tan-natura f’ħajjitna. Il-ġonna u l-parks saru rifuġji t’għożża kbira fejn l-individwi reġgħu kkonnettjaw mal-ambjent. Il-proġett tagħna għandu l-għan li jamplifika dan l-għarfien u jispira azzjonijiet pożittivi, bħat-tnaqqis tal-użu tal-pestiċidi u t-tħawwil ta’ fjuri fuq il-gallariji u l-bjut.
Sħubija bis-Sens
Għal dan il-proġett talErasmus, ikkollaborajna ma’ żewġ msieħba internazzjonali rilevanti fil-qasam: Idee in Movimento mill-Italja The Bee Camp mill-Greċja. Dawn l-imsieħba, b’ esperjenza fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet ambjentali u l-protezzjoni tan-naħal, għandhom ukoll klima simili għal Malta.
Ingħaqad magħna!
Jekk inti interessat li tingħaqad mal-proġett tagħna u tagħmel differenza, ikkuntattjana. Flimkien, nistgħu noħolqu futur aħjar għall-pollinaturi u għall-ambjent.