Nrawmu Mexxejja Żgħażagħ

nurturing young leaders

A Meeting with Naxxar Mayor Anne Marie Muscat Fenech Adami

Naxxar Mayor Anne Marie Muscat Fenech Adami

F’dinja fejn it-tħassib ambjentali qed jikber kuljum, it-trawwim ta’ sens ta’ responsabbiltà u attiviżmu fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa huwa aktar importanti minn qatt qabel. Huwa ferm pożittiv li naraw inizjattivi li mhux biss jedukaw liż-żgħażagħ dwar in-natura u s-sostenibbiltà iżda wkoll jagħtuhom is-setgħa li jieħdu azzjoni li tagħmel differenza. Hekk kien il-każ meta ntgħażel grupp rappreżentattiv ta’ żgħażagħ biex jintervistaw is-Sindku tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar, Anne Marie Muscat Fenech Adami. In-Naxxar ġibdilna l-attenzjoni grazzi għall-fjuri idiġeni li jżejnu t-toroq prinċipali tiegħu matul ir-Rebbiegħa. B’differenza minn xi lokalitajiet oħra li sfortunatament iċedu għall-qtugħ ta’ rutina tal-fjur selvaġġ fix-xhur tar-rebbiegħa, in-Naxxar għażel triq differenti – waħda li tagħti valur lill-importanza tal-pollinaturi, billi tipprovdilhom kenn u sors importanti ta’ ikel.

Is-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech AdamiF’dinja fejn it-tħassib ambjentali qed jikber kuljum, it-trawwim ta’ sens ta’ responsabbiltà u attiviżmu fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa huwa aktar importanti minn qatt qabel. Huwa ferm pożittiv li naraw inizjattivi li mhux biss jedukaw liż-żgħażagħ dwar in-natura u s-sostenibbiltà iżda wkoll jagħtuhom is-setgħa li jieħdu azzjoni li tagħmel differenza. Hekk kien il-każ meta ntgħażel grupp rappreżentattiv ta’ żgħażagħ biex jintervistaw is-Sindku tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar, Anne Marie Muscat Fenech Adami. In-Naxxar ġibdilna l-attenzjoni grazzi għall-fjuri idiġeni li jżejnu t-toroq prinċipali tiegħu matul ir-Rebbiegħa. B’differenza minn xi lokalitajiet oħra li sfortunatament iċedu għall-qtugħ ta’ rutina tal-fjur selvaġġ fix-xhur tar-rebbiegħa, in-Naxxar għażel triq differenti – waħda li tagħti valur lill-importanza tal-pollinaturi, billi tipprovdilhom kenn u sors importanti ta’ ikel.

Naxxar Wildflowers

L-idea wara l-intervista kienet li wieħed jindaga aktar fil-fond id-deċiżjonijiet wara l-isforzi tan-Naxxar għall-konservazzjoni tal-fjuri selvaġġi. Din kienet opportunità sabiħa mhux biss biex nitgħallmu dwar l-ambjent lokali, iżda wkoll biex niddiskutu ma’ persuni pubbliċi u niksbu esperjenza diretta fit-twettiq ta’ intervisti, kollegament mal-awtoritajiet lokali, u trawwem konnessjonijiet għal kawżi ġusti.

Empowering Through Preparation: An Interview for Change

Il-laqgħa mas-Sindku Anne Marie Muscat Fenech Adami kienet ferm interessanti u żvolġiet bla xkiel. It-tfajliet wrew għarfien fond dwar is-suġġett u mxew b’maturità impressjonanti speċjalment għall-età tagħhom. Il-mistoqsijiet tagħhom kienu maħsuba u kkunsidrati sew, li jirriflettu mhux biss il-kurżità ġenwina tagħhom dwar l-inizjattiva tal-preservazzjoni tal-fjuri selvaġġi iżda wkoll it-tħassib tagħhom għall-pajsaġġ ambjentali f’Malta. Is-Sindku indirizzat l-mistoqsijiet kollha tagħhom b’mod diliġenti, filwaqt li żgurat li l-kurżitajiet u t-tħassib tagħhom ikunu kollha indirizzati sal-inqas punt.Kien mument ta’ sens ta’ kburija għal Projekta, hekk kif naraw li l-ambjentalisti żgħażagħ jieħdu l-inkarigu u jmexxu l-konversazzjoni.
Naxxar Wildflowers

Fjuri indiġeni fin-NaxxarIl-laqgħa mas-Sindku Anne Marie Muscat Fenech Adami kienet ferm interessanti u żvolġiet bla xkiel. It-tfajliet wrew għarfien fond dwar is-suġġett u mxew b’maturità impressjonanti speċjalment għall-età tagħhom. Il-mistoqsijiet tagħhom kienu maħsuba u kkunsidrati sew, li jirriflettu mhux biss il-kurżità ġenwina tagħhom dwar l-inizjattiva tal-preservazzjoni tal-fjuri selvaġġi iżda wkoll it-tħassib tagħhom għall-pajsaġġ ambjentali f’Malta. Is-Sindku indirizzat l-mistoqsijiet kollha tagħhom b’mod diliġenti, filwaqt li żgurat li l-kurżitajiet u t-tħassib tagħhom ikunu kollha indirizzati sal-inqas punt.

Kien mument ta’ sens ta’ kburija għal Projekta, hekk kif naraw li l-ambjentalisti żgħażagħ jieħdu l-inkarigu u jmexxu l-konversazzjoni.

The Power of Collaboration and Youth Advocacy

Waqt il-konversazzjoni, is-Sindku enfasizzat l-importanza li mhux biss tikkollabora ma’ esperti ambjentali iżda enfasizzat wkoll il-valur ta’ komunikazzjoni effettiva bejn il-kunsilli lokali u r-residenti tal-lokal. The Mayor’s message of unity and empowerment resonated deeply. Il-messaġġ tas-Sindku ta’ għaqda u kollaborazzjoni inltaqa’ tajjeb ħafna. Enfasizzat li kwalità ta’ ħajja għolja hija riżultat ta’ sforz kollettiv.

Hija faħħret liż-zagħżagħ għall-inizjattiva tagħhom u enfasizzat l-influwenza li għandhom f’idejhom speċjalment permezz tal-midja soċjali. Minflok ma jċedu għax-xejra ta’ negattività li xi drabi hi komuni fuq ċerti pjattaformi online, hi ħeġġet liż-zagħżagħ biex jisfruttaw il-qawwa tal-preżenza tagħhom fil-midja soċjali għall-ġid. Kliem is-Sindku enfasizza l-potenzjal meta dawn il-pjattaformi jintużaw bħala għodda biex titqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet ambjentali u tispira azzjoni kollettiva.

Iż-żagħżagħ fehmu li meta jaqsmu l-aspetti pożittivi tagħhom dwar l-ambjent u jqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet importanti, jistgħu jrawmu l-appoġġ u jispiraw bidla.

A Stepping Stone to Future Endeavours

Il-laqgħa bejn iż-żgħażagħ ambjentalisti u s-Sindku Anne Marie Muscat Fenech Adami kienet bla dubju ta’ suċċess. Uriet s-setgħa u r-rieda taż-żgħażagħ li joħolqu bidla pożittiva u wriet li l-awtoritajiet lokali huma lesti li jimpenjaw ruħhom ma’, u jinkoraġġixxu inizjattivi mmexxija mill-komunità.

Din il-laqgħa kienet ta’ ispirazzjoni u stabbiliet il-bidu għal aktar kollaborazzjonijiet u impenji futuri. Uriet li meta l-passjoni, id-determinazzjoni u gwida tajba jikkonverġu, ir-riżultati jistgħu jkunu tassew trasformattivi. Il-grupp tagħna tgħallmu lezzjonijiet siewja fil-promozzjoni, il-kollaborazzjoni, u l-potenzjal li iwasslu l-messaġġ tagħhom stess. Hekk kif dawn iż-żagħżagħ ikomplu jinnavigaw il-vjaġġ tagħhom bħala dawk li jfasslu l-bidla t’għada, ħaġa waħda hija ċerta – l-impatt tagħhom fuq id-dinja ta’ madwarhom se jkun profond u dejjiemi.

No Mow May - Naxxar Local Council